AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 86 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ntalqat minn vann f’Raħal il-Ġdid – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 86 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ntalqat minn vann f’Raħal il-Ġdid

Anzjan ta’ 86 sena minn Raħal Ġdid ġarrab ġrieħi gravi wara ntlaqat minn vann tal-għamla Isuzu DMaax misjuq minn raġel ta’ 39 sena minn Għargħur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Pjazza Antoine de Paule.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, l-anzjan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend