Jiltaqa’ l-bord konsultattiv dwar l-entità tal-integrità fl-isport – One News

Notifiki

Jiltaqa’ l-bord konsultattiv dwar l-entità tal-integrità fl-isport

“Għandek għaqdiet sportivi li ma għandhomx ir-riżorsi biex jinvestigaw, każijiet ta’ doping u ma għandhom riżorsi biex jinvestigaw. Każijiet ta’ korruzzjoni, hemmhekk tidħol din l-entità illi tati l-għajnuna kollha neċessarja biex tkun tista’ tgħinhom jinvestigaw”, dawn huma kliem Chris Bonnett Chairman tal-bord il-ġdid ta’ kontra d-doping. 

Bonnett żied jgħid li l-entità tkun tista’ tgħin lill-għaqdiet sportivi fil-prosekuzzjoni ta’ każijiet marbuta mal-korruzzjoni tal-isport.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima saħaq illi permezz ta’ din l-entità, pajjiżna se jkun qed jilħaq obbligi u żviluppi internazzjonali fosthom dawk iffissati mill-Aġenzija Dinjija kontra t-teħid tas-sustanzi illeċiti.

Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima stqarr: “Il-WADA bħalissa qed taħdem sabiex propju jkollha kodiċi ġdid f’dak li għandu x’jaqsam bħala doping. Allura aħna bħala pajjiż irridu naraw illi nkunu ppreparati sabiex propju nassorbu din il-bidla.”

It-twaqqif ta’ din l-entità hija parti mill-istrateġija nazzjonali tal-isport li nieda l-Gvern f’Ġunju li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend