Iwieġeb ħati li seraq minn pompi tal-petrol fin-Nofsinhar ta’ Malta – One News

Notifiki

Iwieġeb ħati li seraq minn pompi tal-petrol fin-Nofsinhar ta’ Malta

Dylan Spiteri ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq tpoġġa taħt probation wara li wieġab ħati li wettaq erba’ serqiet minn pompi tal-petrol.

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-Ispettur Eman Hayman qal li fl-aħħar ġimgħat il-pulizija wasslulha numru ta’ rapporti ta’ serqiet minn pompi f’Raħal il-Ġdid, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Ħal Għaxaq.

Il-pulizija ddentifikat lill-akkużat minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà.

Id-difiża qalet li r-raġel ġej minn familja tajba u waqa’ f’vizzji ħżiena, saħansitra spiċċa jabbuża mid-droga.
Qalet li l-imputat għandu jibda l-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Il-Qorti ordnat d-difiża tippreżenta rapport sabiex tara kemm l-imputat lest ibiddel ħajtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend