Il-Pulizija b’qabda ta’ 40 kilo droga – One News

Notifiki

Il-Pulizija b’qabda ta’ 40 kilo droga

Qabda ta’ kważi 40 kilo droga hekk kif l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga rnexxielha tkisser ċirku ieħor ta’ traffikar tad-droga.

Fil-jum tat-Tlieta ġiet interċettata vettura fis-Swieqi fejn kien hemm 14-il kaxxa tal-kartun li fiha kien hemm id-droga kannabis.

Fil-vettura kien hemm żewġt irġiel Sqallin ta’ 36 u 46 sena, b’wieħed minnhom residenti San Pawl il-Baħar.

Huma ġew arrestati b’rabta ma’ din is-sejba u Malti ta’ wieħed u 60 sena residenti Santa Venera ukoll qed jiġi interrogat b’rabta ma’ dan il-każ.

Il-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend