Il-Ministru jgħid li t-tfal jistgħu jilbsu buttun fl-iskejjel – One News

Notifiki

Il-Ministru jgħid li t-tfal jistgħu jilbsu buttun fl-iskejjel

Wara l-kontroversja li nqalgħet fl-aħħar jiem dwar l-imsielet fl-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li m’għandu xejn kontra li l-istudenti jilbsu buttun (stud).

Il-Ministru Bartolo qal fl-aħħar sigħat kellmuh bosta ġenituri li jixtiequ li nħallu lil uliedhom jilbsu stud f’widnejhom, l-aktar jekk għandhom diġà widnejhom imtaqqba, biex ma tingħalaqx.

Il-Minitru qal li m’għandi xejn kontra li nħallu lill-istudenti jilbsu stud (buttun) li ma jkunx perikoluż għalihom bħalma jistgħu jkunu l-imsielet. “Stud iva. Imsielet le”, qal Bartolo waqt li sostna li m’ghandu l-ebda ħsieb joħloq kunflitti ġodda fl-iskejjel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend