Il-maltemp se jippersisti matul il-jum – One News

Il-maltemp se jippersisti matul il-jum

Il-maltemp mistenni jippersisti tul il-jum bil-ħalbiet ta’ xita qawwija mistennija jkunu wkoll bis-silġ. Bassara tat-temp qed iwissu wkoll dwar buffuri ta’ riħ li mistennija jolqtu lill-Gżejjer Maltin matul il-jum. Sewwieqa qed ikunu mħeġġa jevitaw ċertu żoni tal-pajjiż fejn kapaċi jinġema ammont sostanzjali ta’ ilma tax-xita, kif ukoll li jsuqu b’aktar attenzjoni.

Dan huwa t-tielet jum minn erba’ fejn allegatament se tkun niżlet biżżejjed xita għal xahar sħiħ fuq il-Gżejjer Maltin. Minkejja dan il-bassara tat-temp qalu fl-aħħar sigħat li s-sħana u x-xemx mistennija jerġgħu jkunu magħna minn nhar il-Ġimgħa li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss