Huwa fl-interess ta’ kulħadd li s-Sirja ma tintmessx – One News

Notifiki

Huwa fl-interess ta’ kulħadd li s-Sirja ma tintmessx

Uffiċjali Sirjani qed iwissu li huwa fl-interess tar-Renju Unit u pajjiżi Ewropej oħra biex iħeġġu lit-Turkija ma tmexxix attakki fuq in-Naħa ta’ Fuq tas-Sirja.

L-istess kelliema mis-Sirja qalu li l-pjan għal attakk mit-Turkija fuq il-fruntiera Sirjana setgħet wasslet għal gwerra kbira u kriżi umanitarja.

Dan anke fid-dawl li bħalissa militanti mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qed jinżammu bħala priġunieri fl-inħawi.

Il-Kmandant Reġjonali għall-Forzi Demokratiċi Sirjani temm jgħid li tul dan kollu, il-Gvern Tork m’għandux ikun fdat b’kull ma jgħid. Qal li d-dinja kollha tefgħet ħarsitha fuq l-istat tad-demokrazija bħalissa fit-Turkija, u għalhekk ma jistgħux jippretendu azzjoni aħjar fis-Sirja stess minn militanti Torok.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend