Ex leġġenda ta’ Juventus għal żjara f’Malta – One News

Notifiki

Ex leġġenda ta’ Juventus għal żjara f’Malta

L-ex plejer internazzjonali Taljan u ta’ Juventus Claudio Marchisio se jkun Malta biex jiltaqa’ mal-eluf ta’ partitarji Juventini Maltin.

Marchisio se jinġieb Malta mill-Club ta’ Juventus  cuore Bianconero u segawċi tiegħu jistgħu jiltaqgħu miegħu bejn il-11 u t-13 t’Ottubru, f’sensiela ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati mill-Club.

ONE News tkellem mal-President tal-Club, Marlon Hili fejn stqarr li Marchisio huwa magħruf għal ħila li kellu li jilgħab kullimkien f’nofs il-ground, kif jidher f’diversi formazzjonijiet u pożizzjonijiet li lagħab mid-diversi kowċis li kellu.

Marlon Hili, il-President tal-Juventus Club Malta qal: “Marchisio wara, Del Piero u naħseb għal l-epoka tagħna huwa leġġenda. Fis-sens huwa player li dejjem lagħab mal-Juventus huwa supporter kbir tal-Juventus, saħansitra sal-lum il-ġurnata għaddu jitfa post fuq Facebook tiegħu fuq l-Instagram, ifaħħar lil Juventus daqs li kieku għaddu plejer tal-Juventus.”

Ma’ Juventus, Marchisio lagħab ftit inqas minn 400 logħba u skorja ftit inqas minn 40 gowl. Wara Juventus kellu esperjenza ma’ team Russu ta’ Zenit Saint Petersburg fejn lagħab xi logħbiet għalihom. Ma’ Juventus , Marchisio rebaħ erba’ kampjonati Taljani.  Illum il-ġurnata l-midfielder Taljan għandu 33 sena u bħallisa jinsab bla klabb, minħabba li aktar kmieni din is-sena rrifjuta li jingħaqad ma’ klabb Taljan ieħor.

L-attività se ssir fit-12 ta’ Ottubru li ġej f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend