ARA: X’miżuri twettqu mill-budget 2019 – One News

Notifiki

ARA: X’miżuri twettqu mill-budget 2019

Id-dokument dwar it-twettiq tal-miżuri tal-budget ippublikat mill-Gvern juri li twettqet ukoll wegħda importanti favur nies li jridu jtejbu l-qagħda tagħhom. 

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, persuni ta’ ‘l fuq minn 23 sena dipendenti fuq l-għajnuna soċjali u li bdew jattendu kors fl-MCAST jew fl-Università bdew jirċievu l-istipendju mingħajr ma’ dan inqatalhom mill-għajnuna soċjali li kien qed jingħataw.

B’din il-miżura il-Gvern għen mhux ftit lil dawk li huma żvantaġġjati finanzjarajament sabiex ikomplu bl-istudji tagħhom jew itejbu l-ħiliet tagħhom.

Miżura oħra li tolqot l-għajn u li twettqet sa issa flimkien mat-tliet kwarti tal-miżuri li tħabbru fil-budget għal din is-sena kienet dik tal-bonds 62+.

Fil-fatt 13,000 anzjan u anzjana applikaw għall-iskema tal-gvern tal-bonds għal persuni ta’ iktar minn 62 sena.

Mir-rendikont joħroġ ukoll li fl-applikazzjonijiet li ntlaqgħu f’Marzu li għadda, dawn kienu numerużi tant li l-Gvern żied l-ammont disponibbli sa 100 miljun ewro. Dan sabiex jagħmel tajjeb għad-domanda għal dawn il-bonds.

L-iskema, li din is-sena daħlet fit-tielet sena tagħha, rat lill-anzjani jisilfu bejn €500 u €10,000 lill-gvern b’rata ta’ 3% li hi ogħla u iżjed attraenti minn dik li joffri s-suq.

Din il-miżura saret biex tgħin lill-anzjani jkollhom sors ieħor ta’ dħul, dan minbarra ż-żieda fil-pensjoni li reġgħet ingħatat din is-sena.

Tul din is-sena wkoll il-Gvern uffiċjalment telaq għal għonq it-triq biex jitranġaw it-toroq kollha ta’ Malta fuq perjodu ta’ 7 snin b’investiment ta’ 700 miljun ewro.

Minbarra l-proġett infrastrutturali kbar bħall-Junction tal-Marsa, Triq tal-Balal f’San Ġwann, Triq Buqana fil-limiti tar-Rabat u oħrajn, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena tlestew ix-xogħlijiet ‘il fuq minn tlieta u sebgħin triq residenzjali u 69 triq rurali. Dan filwaqt li fl-aħħar tliet xhur tas-sena se jitlestew ix-xogħlijiet fuq 142 triq residenzjali oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend