1,500 metru kwadru ta’ kostruzzjoni fil-ġimgħa fil-proġett ta’ 500 sodda ġdida f’San Vinċenz de Paul – One News

Notifiki

1,500 metru kwadru ta’ kostruzzjoni fil-ġimgħa fil-proġett ta’ 500 sodda ġdida f’San Vinċenz de Paul

Il-130 kamra l-oħra, bi 360 sodda, se jkunu swali ġenerali għal anzjani b’kundizzjonijiet diversi.

Il-Perit Darren Sciberras stqarr “Is-sistema kif tidher warajja, hija sistema ta’ reinforced concrete structure li qed issir kollha fuq il-post. Ġew employed kuntratturi barranin, mainly kuntrattur Tork, kif ukoll hawn konsorzju Malti li qed jieħu ħsieb is-servizzi ta’ dal-proġett.”

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, fejn mija u ħamsin ħaddiem qegħdin jaħdmu lejl u nhar, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, innota li bi proġetti bħal dawn, il-Gvern qed iħejji lil Malta għall-futur.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spjega li “L-iktar ħaġa li ħa tkun b’saħħitha hi li ħa nserrħu ras in-nies li meta huma jkunu anzjani u jkollhom bżonn dipendenza għolja, ħa jkollhom dan il-post li ħa jkun armat sa snienu biex jaqdi l-bżonnijiet kollha tagħhom.”

Il-Kap Eżekuttiv tar-residenza, Josianne Cutajar, innutat li dan il-proġett huwa biss ħolqa minn katina ta’ proġetti li qegħin isiru f’San Vinċenz. Fosthom fl-aħħar snin tlestiet kċina tal-ogħla livell, l-ewwel fażi tal-kumpless Rużar Briffa, u sar rinovar f’14-il sala oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend