Min jaqbel u min le dwar l-ilbies tal-imsielet fl-iskola – One News

Notifiki

Min jaqbel u min le dwar l-ilbies tal-imsielet fl-iskola

Reazzjonijiet imħallta dwar id-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex studenti bniet u subien ma jmorrux fl-iskejjel tal-istat bl-imsielet jew bi studs. 

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li fl-aħħar jiem, il-ġenituri ta’ tifel ta’ 12-il sena li jattendi fi skola f’Għawdex argumentaw li binhom qiegħed jiġi ddiskriminat għax l-awtoritajiet tal-iskola waqqfuh milli jilbes l-imsielet l-iskola.

It-Tlieta filgħodu sbaħna quddiem l-iskola primarja tal-Fgura, fejn smajna ġenituri jlissnu kelma bejniethom dwar din id-deċiżjoni.

Rajna wkoll xi tfal deħlin l-iskola lebsin l-imsielet u qalu li jixtiequ jibqgħu jilbsu l-imsielet anki fil-ħin tal-iskola.

Uħud mit-tfal li tkellimna magħhom qalulna:

  •  “Nixtieq imur l-iskola bl-imsielet”
  • “Yes cause I like them they are my favourite colour.”
  • “Int trid tilbes l-imsielet għall-iskola ? Iva”.

Tifla oħra libsa l-imsielet qalet li tixtieq tkompli tmur l-iskola bihom imma lesta li tobdi din id-direttiva.

” Jien komda bihom imma nista’ nneħħihom jekk ma nistgħux nilbsuhom.  Jekk perezempju jaqgħulna jew hekk.”

Uħud mill-ġenituri li tkellmu magħna qalulna li jaqblu li wliedhom ma jilbsux l-imsielet għall-iskola minħabba raġunijiet tas-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti.

Fil-fatt, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa din id-deċiżjoni sabiex titħares aktar is-sigurtà tal-istudenti f’każ li jinqala’ xi inċident.

Xi ġenituri qalu:

  •  “Ma tagħmilx differenza imma ħabba safety”
  • ” Iva, naqbel”
  • “Bħala safety għax ġieli anki lill-mummies jiġbdulhom widnejhom. Naħseb mhux idea ħazina.”
  • “Jistgħu jweġġgħu l-iskola huma x’inhuma tfal. Jien ma nibgħathiex bihom.”

Kien hemm ġenituri li ma qablux ma’ din id-deċiżjoni u ma raw xejn ħażin li wliedhom imorru l-iskola lebsin l-imsielet ġaladarba jkunu msielet sempliċi.

  • “Jekk ikunu studs ma naħsibx li hemm problema.”
  • “Bir-rispett kollu deċiżjoni li ma tagħmilx sens. Is-saħħa u sigurtà minn dejjem kienet.”
  • “Il-bniet just pin ma narahiex periklu. Ma rajthiex fair, rajtha naqa hekk.”

Filwaqt li ġenitur ieħor qal li għalih ma tagħmilx differenza jekk uliedu jilbsu jew ma jilbsux l-imsielet waqt il-ħin tal-iskola. L-important li fil-ħin tal-iskola jitgħallmu u jkunu ma sħabhom.

Huwa stqarr magħna: “Ma tagħmilx differenza jien l-aqwa li jkunu flimkien u jitgħallmu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend