Jitlef ħajtu ħmistax wara li ntlaqat minn karozza – One News

Notifiki

Jitlef ħajtu ħmistax wara li ntlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 79 sena li jgħix il-Birgu miet wara li ħmistax ilu intlaqat minn karozza f’Bormla. 

Dakinhar tal-inċident li ġara fl-24 ta’ Settembru karozza tal-għamla Ford Escort li kienet misjuqa minn raġel ta’ sebgħa u tletin sena mill-Kalkara, laqtet lill-anzjan.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6:00 ta’ filgħodu fi Triq Santa Tereża.

Fuq il-post kienet issejħet ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn l-anzjan kien mal-ewwel iċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Anzjan ta’ 79 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura f’Bormla

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend