BIL-FILMAT: Raġel arrestat wara li prova jwettaq serqa f’ħanut fin-Naxxar – One News

BIL-FILMAT: Raġel arrestat wara li prova jwettaq serqa f’ħanut fin-Naxxar

Raġel qed jinżamm arrestat wara li allegatament daħal b’sikkina f’ħanut tal-Melita fin-Naxxar. 

Il-każ ġara għall-ħabta tas-2:00  ta’ waranofsinhar.

ONE News jinsab infurmat li r-raġel daħal b’sikkina fil-ħanut u hedded lill-ħaddiema u talabhom il-flus.

Fuq il-post marru immedjatament il-Pulizija fuq il-post, li irnexxilhom jaqbdu lir-raġel fil-ħanut.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ  minkejja li xi ħaddiema kienu taħt xokk qawwi.

Il-post kellu jingħalaq għal xi ħin biex isiru l-investigazzjonijiet neċċessarji.

Ta’ QabelLi Jmiss