BIL-FILMAT: Jinżammu arrestati wara ġlieda bis-sikkina – One News

BIL-FILMAT: Jinżammu arrestati wara ġlieda bis-sikkina

Sylvester u Reginald James, aħwa ta 33 u 29 sena rispettivament mill-Ħamrun inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkuzati b’attentat ta’ ferita gravi ta’ Kyle Domenic Galea il-Ħadd li għadda fil-Belt Valletta. Huma kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika. 

Sylvester James kien akkużat wahdu li kkawża ġrieħi ħfief fuq il-vittma b’arma li tniggeż u li ġarr din l-arma mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Reginald James kien akkużat ukoll li kkawża ġrieħi ħfief fuq il-vittma.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi fil-konfront tagħhom u talbu għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti f’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri tiċħad din it-talba hekk kif fost l-oħrajn hemm dubju serji dwar l-affidabilità tal-imputati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend