Aktar minn €91 miljun mill-IIP intefqu fi proġetti soċjali u oħrajn ta’ interess pubbliku – One News

Notifiki

Aktar minn €91 miljun mill-IIP intefqu fi proġetti soċjali u oħrajn ta’ interess pubbliku

Il-programm taċ-ċittadinanza b’investiment ta’ Malta approvat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea diġà ħalla aktar minn tmien 137 miljun ewro. 

F’laqgħa organizzata mill-Kunsill għall-Investiment fil-Migrazzjoni, is-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-ċittadinanza Julia Farrugia Portelli saħqet li l-fond nazzjonali għall-iżvilupp soċjali fih parti sostanzjali tal-flus li daħlu minn dan il-programm.

Hija spjegat li “Aktar min-nofs il-flus li daħħal dan il-programm ta’ investiment jiġifieri 537 miljun ewro. Dawn qegħdin imfaddla f’dak li jissejjaħ NDSF fund, fond li jitmexxa b’mod indipendenti illi jara l-bżonnijiet tal-pajjiż fuq livell nazzjonali.”

Farrugia Portelli saħqet li l-fond investa aktar minn 200 miljun ewro f’garanziji lokali u anki barrannin.

Intqal ukoll li ftit aktar minn 90 miljun ewro intefqu fi proġetti soċjali u oħrajn ta’ interess pubbliku.

Fil-laqgħa s-Segretarju Parlamentari spjegat b’mod tanġibbli fejn qegħdin imorru l-flus tal-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.

“Kważi miljun ewro l-Gvern nefaqhom fl-isptar Mater Dei għall-apparat tal-qalb fejn mat-tliet elef pazjent jirċievu trattament bih”, saħqet Julia Farrugia Portelli.

Spjegat li l-fond għall-iżvilupp soċjali se jinvesti għaxar miljun ewro fiċ-ċentri tas-saħħa fejn fost l-oħra se jiġi rinovat iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira li jżuruh mal-125,000 ruħ fis-sena.

Is-Segretarju Parlamentari semmiet ukoll l-impenn tal-istess fond li joħroġ sittin miljun ewro biex jinbnew 1,000 residenza għal skop ta’ housing soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend