Żieda ta’ 7.8% fil-passiġġieri li għaddew mill-arjuport internazzjonali ta’ Malta f’Settembru – One News

Notifiki

Żieda ta’ 7.8% fil-passiġġieri li għaddew mill-arjuport internazzjonali ta’ Malta f’Settembru

L-ewwel jum ta’ Settembru kien l-aktar wieħed impenjattiv għall-ajruport fl-istess xahar, hekk kif mit-terminal għaddew ftit aktar minn 28,800 passiġġier. Sal-aħħar ta’ Settembru, l-ajruport kien laqa’ total ta’ 762,361 passiġġier; jiġifieri żieda ta’ 7.8% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Il-movimenti tal-ajruplani għax-xahar ta’ Settembru żdiedu b’6.5%, filwaqt li l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet lejn Malta wrew żieda ta’ 7.3%. Titjib marġinali ta’ 0.3 pp fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet wassal għal seat load factor (SLF) ta’ 86.2%.

L-aktar swieq popolari tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għax-xahar ta’ Settembru kienu r-Renju Unit (+1.8%), l-Italja (+4.5%), il-Ġermanja (+25.5%), Franza (-1.0%) u Spanja (+2.5%). Flimkien, dawn il-ħamest iswieq kienu responsabbli għal aktar minn 500,000
moviment tal-passiġġieri mit-traffiku totali ta’ Settembru.

F’Settembru, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nieda wkoll l-aħħar rotta ġdida għallistaġun tas-sajf lejn il-Kajr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend