Protesti f’Pariġi dwar l-abbozz il-ġdid tal-IVF – One News

Notifiki

Protesti f’Pariġi dwar l-abbozz il-ġdid tal-IVF

Folol ta’ nies ħarġu fit-toroq ta’ Pariġi jipprotestaw kontra l-abbozz ta’ liġi li jagħti aċċess lin-nisa single u koppji lisbjani aċċess għal trattamenti tal-IVF. Dan it-trattament ta’ fertilità bħalissa huwa ristrett għal koppji eterosesswali. 

Jekk jgħaddi dan l-abozz, il-liġi tkun l-ewwel riforma soċjali kbira fi Franza wara l-legalizazzjoni taż-żwieġ omosesswali fl-2013. L-abbozz diġà għadda mill-Kamra tal-Parlament u se jmur quddiem is-Senat aktar tard dan ix-xahar.

Dan l-abbozz jagħti wkoll id-dritt lil tfal, li jkunu konċeputi minn donazzjoni tal-isperma, li jfittxu l-identità tad-donatur meta jilħqu l-età ta’ 18-il sena. Dan bħalissa mhuwiex permess li jsir.

Din il-leġiżlazzjoni ġdida ġġib lil Franza konformi mal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi viċin tagħha, fosthom il-Gran Brittanja, Spanja u l-Olanda. Skont stħarriġ li sar jisuġerixxi li madwar żewġ terzi tal-poplu Franċiż huwa favur l-abbozz.

Ta’ QabelLi Jmiss