Jappella biex Malta ma titħallhiex waħidha fil-Mediterran – One News

Notifiki

Jappella biex Malta ma titħallhiex waħidha fil-Mediterran

Id-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-pajjiżna qiegħed jagħmel sforzi kbar biex jaqdi l-obbligi tiegħu b’rabta mal-immigrazzjoni.
Zrinzo Azzopardi qal dan waqt li kien qiegħed jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Huwa tkellem dwar ir-realtà li għaddejja fil-Mediterran, riżultat ta’ traffikar ta’ persuni.

Huwa saħaq fuq l-importanza tal-ftehim li sar bejn Malta, l-Italja, Ġermanja u Franza u qla li hemm bżonn li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-Ewropa u l-Libja.

Kien hawn li appella biex pajjiżna ma jitħalliex aktar waħdu fil-Mediterran.

Appella wkoll biex ikun hemm kolloborazzjoni aktar bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex nindirizzaw ir-realtajiet tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend