It-Turkija se tibda operazzjoni militari fis-Sirja – One News

Notifiki

It-Turkija se tibda operazzjoni militari fis-Sirja

Fi stqarrija il-White House qalet li t-Turkija daqt se tkun qed tibda operazzjoni militari fil-grigal tas-Sirja, bil-forzi Amerikani rtiraw miż-żona. 

Din il-mossa ġiet ikkonfermata wara telefonata li l-President Amerikan, Donald Trump kellu mal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan.

L-Istati Uniti mhux se tkun involuta jew tati s-sapport tagħha għal din l-operazzjoni. L-istqarrija kompliet tgħid illi t-Turkija issa se tkun responsabbli għall-priġunieri tal-Istat Iżlamiku ta’ dik iż-żona. Kif ukoll se tkun qed tassumi r-responsabilità tal-militanti tal-Istat Iżlamiku li nqabdu f’dawn l-aħħar sentejn.

L-Istati Uniti ppruvat tipressa lil Franza, il-Ġermanja u pajjiżi oħra Ewropej, biex jieħdu lura lill-militanti maqbuda tal-Istat Iżalmiku li ħafna minnhom ġejjin minn pajjiżi Ewropej. Minkejja dan it-tentattiv, il-pajjiżi Ewropew irrifjutaw milli jagħmlu dan. L-Istati Uniti kompliet tisħaq li hi mhux se żżomm militanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend