AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 87 sena jittieħed l-isptar wara li ndarab b’arma tan-nar fix-Xewkija – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 87 sena jittieħed l-isptar wara li ndarab b’arma tan-nar fix-Xewkija

Anzjan ta’ 87 sena mix-Xewkija ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li qala’ daqqa ta’ arma tan-nar fi Triq is-Salib fix-Xewkija.  

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:20 ta’ dalgħodu, meta għal xi żviluppa argument bejn l-anzjan u raġel ta’ 35 sena mix-Xewkija. Kawża ta’ dan l-argument l-anzjan indarab b’arma tan-nar.

Aktar tard l-anzjan ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Sorsi li tkellmu ma’ one.com.mt qalu li ġew sparati xi tiri bl-arma tan-nar fejn ma ntlaqat ħadd.

Fil-fatt kif qed taraw hemm il-marki taċ-ċomb fuq il-ħajt.

Intant, bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar inkjesta filwaqt li ż-żewġ persuni qed jiġu mitkellma mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend