In-Nazzjonijiet Magħquda qed jappellaw għat-twaqqif tal-vjolenza fl-Iraq hekk kif in-numru ta’ mwiet ta’ persuni li qed jipprotestaw kontra l-Gvern issa laħaq il-mitt persuna.
Dimostranti qalu li huma qed jitkellmu kontra n-nuqqas ta’ mpjiegi, servizzi pubbliċi ta’ livell baxx u kif ukoll il-korruzzjoni fil-pajjiż.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Assistenza fl-Iraq fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda qalet kif wara ħamest ijiem ta’ mwiet u vjolenza – dan kollu għandu jieqaf.