Ċiklista ta’ 26 sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-8:00 fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas kantuniera ma’ Triq ir-Ramla, iż-Żejtun.
Il-Pulizija mill-Għassa taż-Żejtun marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li, raġel ta’ 42 sena residenti ż-Żejtun kien qed isuq vettura tal-għamla Toyota Dyna u għal xi raġuni kellu impatt ma’ mara ta’ 26 sena residenti Ħal Balzan li kienet qed issuq rota.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.