Il-Kandidat Amerikan Demokratiku għall-elezzjoni presidnezjali tal-2020, is-Senatur Bernie Sanders, saritlu operazzjoni b’emerġenza wara li sofra minn attakk tal-qalb.
Is-Senatur ittieħed l-isptar nhar it-Tlieta li għadda wara li ħass uġigħ f’sidru waqt avveniment tal-kampanja tiegħu f’Nevada. It-tobba li operaw fuq Sanders neħħew blokk li kellu f’waħda mill-arterji.
Bernie Sanders, f’filmat li għamel hekk kif ħareġ mill-isptar matul il-jum tal-Ġimgħa fejn huwa qal li qed iħossu ferm aħjar. It-tobba li operawh qalu li minkejja li Sander għamel progress, huwa xorta jrid ikompli jsegwi l-pariri tat-tabib tiegħu. Intant, fi stqarrija Sanders qal li wara l-ftit ħin ta’ mistriħ, issa huwa jinsab lest u ħerqan biex ikompli bil-kampanja tiegħu.