Il-leġislaturi Demokratiċi Amerikani għamlu talba għal dokumenti dwar it-telefonati li l-President Amerikan, Donald Trump kellu mal-President Ukren, Volodymyr Zelensky fil-25 ta’ Lulju li għadda.
Dokumenti li huma parti mill-inkjesta dwar l-eżekuzzjoni tagħhom fil-konfront ta’ Trump.
Trump ċaħad kull akkużi kontrih dwar l-investigar li talab lill-President Ukren biex jagħmel fuq l-eks Viċi-President Amerikan u kandidat prospettiv Demokratiku għall-elezzjoni presidenzjali tal-2020, Joe Biden.
Il-President Amerikan akkuża lid-Demokratiċi li qed jippruvaw jitfħgu t-tajn lejh. Intant it-tliet kumitati tal-Kamra li qed jinvestgaw dan il-każ, tawh sat-18 ta’ Ottubru sabiex jgħaddu d-dokumenti.