Trump jitlob liċ-Ċina tinvestiga lill-Bidens – One News

Notifiki

Trump jitlob liċ-Ċina tinvestiga lill-Bidens

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sostna li apparti l-Ukrajna, iċ-Ċina wkoll għandhom jinvestigaw lil Joe Biden u Ibnu Hunter Biden. Il-President Amerikan qal dan ilbieraħ mal-midja Amerikana wara li ftit jiem ilu uffiċjal tas-CIA, issa whistleblower allegatament żvela telefonata bejn Trump u l-President Ukren Voldomir Zelenski.

Telefonata li tixhed kif Trump għamel pressjoni fuq l-istess Zelenski sabiex jinvestiga lil eks Viċi-President Amerikan Joe Biden wara li allegatament intervjena biex titwaqqaf prosekuzzjoni Ukrena biex jipproteġi lil ibnu Hunter Biden.

B’hekk issa Trump qed jaffaċċja inkjesta dwar amministrazzjoni ħażina. Inkesta li tista twassal għat-tneħħija tal-President Amerikan.

Fi tweet fuq il-profil uffiċjali tiegħu fuq twitter tard ilbieraħ filgħaxija, Trump sostna li bħala President tal-Istati Uniti għandu kull dritt u anke saħansittra l-obbligu li jinvestiga jew jitlob għall-investigazzjonijiet dwar korruzzjoni anke mingħand pajjiżi barranin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend