Sofra attakk psikopatiku qabel qatel erba’ pulizija – One News

Notifiki

Sofra attakk psikopatiku qabel qatel erba’ pulizija

Mickaël Harpon, l-aggressur li lbieraħ qatel erba pulizija b’daqqiet ta’ sikkina ġewwa l-kwartieri tal-Pulizija f’Pariġi sofra minn attakk psikopatiku. 

Mart Harpon li lbieraħ inqatel b’tiri minn arma tan-nar ftit ħin wara li wettaq l-attakki, fil-kustodja tal-Pulizija qalet kif matul il-lejl spjegalha li beda jisma l-ilħna u li wkoll kellu argument fuq il-post tax-xogħol.

Dawn id-dettalji ħarġu waqt tentattiv mill-Pulizija Franċiża sabiex tiskopri l-motiv wara dan il-qtil.

Intant iktar kmieni llum ġiet osservata minuta ta’ silenzju maġenb l-istess kwartieri tal-Pulizija f’Pariġi b’tislima għall-memorja tal-erba’ pulizija li tilfu ħajjithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend