L-Ekwador jinsab fi stat ta’ emerġenza – One News

Notifiki

L-Ekwador jinsab fi stat ta’ emerġenza

Il-President tal-Ekwador, Lenin Moreno stqarr li l-pajjiż jinsab fi stat t’emerġenza wara li ħraxu l-protesti minħabba li kien hemm żieda drastika fil-prezzijiet tal-fjuwil. 

Dan wara li l-Gvern tal-Ekwador neħħa s-sussidji tal-fjuwil.

Il-Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkalmaw l-folol.

It-toroq tal-bliet Quito u Guayaquil jinsabu bblukkati minn diversi persuni fosthom karozzi tal-linja, xuffiera tat-taxis u studenti.

Id-deċiżjoni li jitneħħew is-sussidji ttieħdet bil-għan li l-ekonomija tal-pajjiż ma tibqax tiddependi daqshekk fuq iż-żejt bħalma kienet matul l-aħħar 15-il sena.

Ta’ QabelLi Jmiss