Kompetizzjoni ħelwa biex isaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ f’pajjiżna – One News

Notifiki

Kompetizzjoni ħelwa biex isaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ f’pajjiżna

Tan-Nanna Ħelu Manna jgħidu u din hija t-tema ta’ kompetizzjoni tal-ħelu għal żmien il-Milied li l-ħsieb warajha huwa li tisaħħaħ ir-relazzjoni interġenerazzjonali bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, nieda din l-inizjattiva waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret biswit il-kċina tar-Residenza ta’ San Vinċenz De Paul. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li l-iskop ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ, aspett li huwa parti mill-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li“Din l-inizjattiva qegħdin nagħmluha fi żmien il-Milied, in-nanniet flimkien ma’ xi ħadd iżgħar ikunu jistgħu jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni tal-kejk tal-Christmas jew Christmas log. Aħna nafu kemm it-tfal iħobbu lin-nanniet u allura qegħdin inkomplu din is-solidarjetà interġenerazzjonali.”

F’din il-kompetizzjoni jistgħu japplikaw timijiet ta’ anzjani flimkien ma’ tfal. It-timijiet se jkunu qed jaħmu ħelu marbut maż-żminijiet tal-Milied fejn iridu jilħqu tliet kriterji, li huma: it-tjubija, id-dehra u l-kreatività tal-ħelu. Il-ħelu se jkun aġġudikat minn grupp ta’ persuni li għandhom snin ta’ esperjenza fit-tisjir fosthom Carmen Tedesco.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa u jistgħu jinkisbu mis-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jew minn fuq is-sit eletroniku activeageing.gov.mt fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend