Joqtol erba’ uffiċjali tal-Pulizija barra d-depot f’Pariġi – One News

Joqtol erba’ uffiċjali tal-Pulizija barra d-depot f’Pariġi

Aggressur inqatel b’tiri minn arma tan-nar wara li attakka u  qatel erba’ uffiċjali tal-pulizija b’sikkina barra l-kwartieri ġenerali fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Jidher li l-aggressur, li allegatament kien impjegat tad-diviżjoni tal-intelliġenza tal-pulizija Franċiża għal 20 sena, daħal fl-uffiċċju tiegħu u ħebb għall-kollegi tiegħu b’sikkina. Il-Pulizija eventwalment sparat tiri fuq l-aggressur u qatlitu.

Bosta persuni li dak il-ħin kienu fil-viċinanzi kellhom jingħataw il-kura fuq il-post. Il-President Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Edouard Phillipe u l-Ministru Christophe Castaner ilkoll kienu preżenti fuq il-post. L-inħawi magħrufa bħala île de la Cité, ftit ‘il bogħod mill-katidral ta’ Notre Dame, ingħalqu għall-pubbliku.

Dan l-attakk seħħ jum biss wara li l-Pulizija Franċiża mexxiet strajk madwar il-pajjiż kontra l-vjolenza fil-konfront ta’ uffiċjali tal-pulizija fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss