Isostnu li Dalli wriet li għandha għarfien profond dwar il-portafoll tal-Ugwaljanza – One News

Notifiki

Isostnu li Dalli wriet li għandha għarfien profond dwar il-portafoll tal-Ugwaljanza

Il-Kummissarju Ewropew nominat Helena Dalli kisbet l-appoġġ tal-kumitati tal-Parlament Ewropew għall-Kumitati dwar id-Drittjiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza u l-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u b’hekk mistennija tinħatar bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza fil-Kummissjoni ta’ Ursula Von De Leyen sal-2024. 

F’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-smigħ ta’ Helena Dalli, iż-żewġ chairpersons tal-kumitati faħħru l-wirja ta’ Dalli.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa, Evelyn Regner iddikjarat mill-ewwel li Dalli għandha l-kompetenzi biex tokkupa din il-kariga.

Regner stqarret: “We can really say she showed a profound knowledge of her portfolio which is really a wide field .

Hija żiedet tgħid li l-Kummissarju Malti wriet li għandha r-rieda li tiġġieled id-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, li twaqqaf strateġija Ewropea dwar il-ġeneru u ħerqa biex timplimenta l-konvenzjoni ta’ Istanbul.

“She was also showing deep understanding of people who were wounded like intersexual boys and girls- deep understanding of ppl with disabilities and concerning gender issues concerning gender  inequalities she stated financial indipendence”sostniet Regner.

Fuq kollox saħqet li hija persuna li tabilħaqq tista’ tiġġieled l-inugwaljanzi fl-Unjoni Ewropea.

Regner tenniet tgħid “She is really somebody who really knows to fight inequalities and this is important in the European Commission because there gender main stream has to be done amongst the whole commissioners.

Il-kordinaturi tal-gruppi poltiċi ltaqgħu fi tmiem tas-smigħ li matulu Dalli wieġbet bosta mistoqsijiet tekniċi u politiċi tal-Ewro Parlamentari dwar diversi oqsma tal-ugwaljanza li fi kliem il-presidenti tal-kumitati huma wiesa’ ħafna.

Il-President tal-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali Lucia Ďuriš Nicholsonová qalet li kienet sodisfatta li Dalli tkellmet b’mod onest dwar l-inizjattivi fl-Unjoni Ewropea.

Ďuriš Nicholsonová stqarret “When it comes to the portofolio of madam Dalli i had a very good feeling about her. She is a very strong personality.

Intant matul il-jum komplew is-sessjonijiet ta’ skrutuniju b’dak tal-Kummissarju nominata ta’ Franza Sylvie Goulard fejn mhux eskluż li teħel mill-eżami li sarilha. Eżami li ffoka l-aktar fuq nuqqasijiet finanzjarji li wettqet fil-passat tagħha tant li ammettiet li wettqet xi żbalji.

Is-sessjonijiet ta’ skrutinju jibqghu għaddejjin sat-Tlieta li ġej. Il-vot aħħari mistenni jittieħed fit-23 ta’ Ottubru li ġej fi Strasburgu fejn il-membri parlamentari ewropej jivvotaw biex japprovaw jew le il-Kummissjoni kollha kif proposta minn Von der Leyen.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend