Boris Johnson jgħid li huwa ġenwin dwar ‘Brexit’ – One News

Notifiki

Boris Johnson jgħid li huwa ġenwin dwar ‘Brexit’

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li huwa għamel attentat ġenwin biex jipprova jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit

Dan qalu fil-House of Commons jum biss wara li preżenta l-proposti tiegħu għal Brexit li suppost iseħħ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Bil-proposti tal-Gvern ta’ Boris Johnson, l-Irlanda ta’ Fuq li tifforma parti mir-Renju Unit tibqa’ parti mis-suq waħdieni Ewropew.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn sejjaħ il-proposti ta’ Johnson bħala mhux realistiċi u li jistgħu jagħmlu ħsara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend