Passiġġiera evakwati minn fuq tal-linja wara li kien hemm theddida ta’ bomba – One News

Notifiki

Passiġġiera evakwati minn fuq tal-linja wara li kien hemm theddida ta’ bomba

Il-Pulzija waqqfu u evakwaw karozza tal-linja f’Santa Luċija wara kien hemm theddida ta’ bomba. 

Qed jiġi rrappurtat li x-xarabank kienet tinsab fuq ir-rotta X2 fi triqitha lejn l-ajruport. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar.

Allegatament il-Pulizija kienet qiegħda tfittex għal raġel li għamel it-theddida u li kien jinsab fuq tal-linja, iżda dan ma nstabx.

L-uffiċjali tal-Pulizija kompliet it-tiftix tagħhom fuq il-karozza tal-linja u dawk li kienu abbord.

Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li hemm membri tal-bomb explosion unit.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend