Jirringrazzjaw lill-Pulizija għall-azzjoni immedjata biex qabdu l-aggressur tagħhom fix-Xagħra – One News

Notifiki

Jirringrazzjaw lill-Pulizija għall-azzjoni immedjata biex qabdu l-aggressur tagħhom fix-Xagħra

Il-koppja li fit-22 ta’ Settembru li għadda sfaw vittmi ta’ serqa u aggressjoni fix-Xagħra, Għawdex, bagħtu messaġġ ta’ ringrazzjamenti lill-Pulizija. 

Huma xtaqu jirringrazzjaw lil kull uffiċjal tal-Pulizija li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ tal-mod professjonali li bih imxew. Kif ukoll talli sar arrest fil-pront u ingħataw lura l-oġġetti li ġew misruqa.

Il-koppja temmew il-messaġġ tagħhom billi qalu li jnsabu ħerqana li jirritornaw Għawdex biex jirringrazzjawhom personalment.

L-aggrssur kien tressaq il-Qorti jumejn wara l-arrest u ġie kkundannat 5 snin ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend