Il-ħaddiema b’impjieg full-time żdiedu b’6% – One News

Notifiki

Il-ħaddiema b’impjieg full-time żdiedu b’6%

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’April li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’5.9% meta mqabbel ma’ April tas-sena li għaddiet.

Dan ifisser li sal-aħħar ta’ April li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol f’pajjiżna qabżu l-215,000 ruħ. 

Skont iċ-ċifri pprovduti mill-Aġenzija tax-Xogħol JobsPlus jirriżulta li bejn April tal-2018 u April tal-2019, l-impjiegi fis-settur privat żdiedu bi 11,211.

Iċ-ċifri juru li l-ħaddiema fis-settur privat telgħu għal 167,441 , ruħ filwaqt li fis-settur pubbliku kien hemm ftit anqas minn 48,000 ħaddiem.

L-NSO żied jgħid li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom komplew jiżdiedu wkoll tant li f’dan il-perjodu żdiedu b’xejn anqas minn 1,571.

L-istatistika turi wkoll li waqt li s-suq tax-xogħol kellu żieda totali ta’ aktar minn 12,000 impjieg, fl-istess waqt il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi kważi mitt ruħ.

Joħroġ ukoll li s-suq tax-xogħol kellu wkoll żieda ta’ ħaddiema rreġistrati b’xogħol part-time.

Mir-rekords amministrattivi joħroġ f’April li għadda, il-ħaddiema b’impjieg full-time u part-time żdiedu b’10 fil-mija u telgħu għal kważi 29,000 ruħ waqt li kważi 35 elf oħra kellhom part-time biss bħala x-xogħol regolari tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend