Żagħżugħ ta’ 23 ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular f’Ħal Tarxien – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 23 ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular f’Ħal Tarxien

Raġel ta’ 23 sena mill-Gambja sofra ġrieħi gravi wara waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. 

L-Inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu f’sit ġewwa Triq Ganni Faure’, Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend