Unur prestiġjuż għal Malta – One News

Notifiki

Unur prestiġjuż għal Malta

Martina Cutajar, tfajla ta’ 14-il sena minn Ħal Safi irnexxiela tirbaħ dak li jissejjaħ Grand Prix – l-ogħla unur li seta’ jinkiseb – b’massimu ta’ punti, fil-World Talent Contest Internazzjonali li sar f’San Benedetto del Tronto fl-Italja.

Martina kienet fost aktar minn 240 parteċipant minn madwar id-dinja kollha li ltaqgħu l-Italja biex juru t-talenti tagħhom u jikkompetu bejniethom. Fost pajjiżi li pparteċipaw kien hemm ukoll il-Brażil, il-Ġermanja u wkoll il-Portugal.

Hija kienet fost sitt artisti oħrajn Maltin ta’ bejn is-sitt u l-14-il sena li telgħu għal dan il-avveniment.

Martina, li kienet ikklassifikat it-tielet fil-JECS f’Malta, rnexxielha tiġbed kemm is-simpatija tal-ġurati u wkoll tikseb l-ogħla premju tas-serata, bil-kanzunetti Dynasty u Bird Set Free.

Il-Maltin li ħadu sehem impressjonaw u wkoll kisbu unur għal pajjiżhom, f’kategorija oħra Chanel Monseignuer tiġi fl-ewwel post u r-raba’ fil-Grand Prix, Katryce Grixti ukoll fl-ewwel post, Keyana Brydon fit-tieni post Jade Spiteri fit-tielet post.

Amy Jones ħadet premju speċjali għall-interpretazzjoni tagħha ta’ żewġ kanzunetti li interpretat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend