Tfakkar 70 sena ta’ Komuniżmu – One News

Notifiki

Tfakkar 70 sena ta’ Komuniżmu

Iċ-Ċina qed tfakkar is-70 sena mindu saret stat Komunist. Tul il-jum eluf ta’ persuni assistu għal parata spettakolari fi Pjazza Tiananmen, l-istess post fejn fl-1949, il-Mexxej Komunista Mao Zedong ħabbar il-bidu tar-Repubblika Ċiniża. 

Il-Mexxej Ċiniż Xi Jinpiing kien preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet flimkien ma’ predeċessuri tiegħu.

Iċ-ċelebrazzjonijiet f’Bejing qed isiru minkejja protesti f’Hong Kong, li qed isiru kontra allegat kontroll tal-politika tal-pajjiż minn forzi f’Bejing.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend