Snooker Main Tour: Borg se jilgħab kontra Bingham nhar l-Erbgħa – One News

Notifiki

Snooker Main Tour: Borg se jilgħab kontra Bingham nhar l-Erbgħa

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-ġimgħa jkun impenjat f’loghba ta’ kwalifikazzjoni mill-Yushan World Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

Nhar l-Erbgħa Borg jilgħab kontra l-plejer Ingliż Stuart Bingham ġewwa Barnsley Metrodome fl-Ingilterra. Bingham rebaħ il-Kampjonat Mondjali fl-2015 u bħalissa jinsab irrankjat fit-13 il-post.

Il-logħba tibda fit-8.00pm (ħin ta’ Malta) u tkun l-aħjar minn 9 frames bir-rebbieħ jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab ġewwa Yushan fic-Ċina bejn it-28 t’Ottubru u t-3 ta’ Novembru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend