Kampjonat Ewropew tas-sewwieqa rġiel Amateur – One News

Notifiki

Kampjonat Ewropew tas-sewwieqa rġiel Amateur

Nhar il-Ħamis li ġej is-sewwieq Michael Ellul se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Amateurs li se jsir fil-korsa ta’ Dagfling fi Munich il-Ġermanja. 

Din hija l-ewwel darba li Malta se tkun qed tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni wara li f’Jannar ta’ din is-sena l-Malta Racing Club daħal membru fil-FEGAT li hi l-Federazzjoni Ewropeja għal-Sewwieqa Amateurs tat-Trot. Għal Michael Ellul din se tkun l-ewwel esperjenza Internazzjonali u għal daqstant l-ewwel darba li se jkun qed jipparteċipa bil-ġakketta ħamra ta’ Malta.

Huwa se jħalli Malta nhar it-Tlieta flimkien maċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-uffiċjal inkarigata mill-midja u r-relazzjonijiet pubbliċi Lorraine Cunningham li għal-ewwel darba se jkunu qed jattendu għal-Assembleja Ġenerali tal-FEGAT.

Ellul se jkun qed jipparteċipa f’4 tiġrijiet fuq distanza ta’ 2100 metru u miegħu se jkun hemm 13 il-ġerrej ieħor mill-Awstrija, l-Belġju, d-Danimarka, l-Fillandja, l-Ġermanja, l-Italja, n-Norveġja, l-Olanda, r-Russja, Spanja, l-Isvezja, l-Isvizzera u l-Ungerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend