Joqtol persuna b’xabla fi stabbilment tax-xiri fil-Finlandja – One News

Notifiki

Joqtol persuna b’xabla fi stabbilment tax-xiri fil-Finlandja

Persuna nqatlet u 9 oħra ndarbu wara attakk b’xabla u b’arma tan-nar fi stabbiliment tax-xiri fil-Finlandja. Jidher li l-Pulizija Finlandiża arrestat persuna b’rabta ma’ dan il-każ. 10 persuni kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura, filwaqt li l-ġisem bla ħajja tal-vittma nstab fi żona apposta għall-istudenti fl-istabbiliment.

Xhieda fuq il-post qalu lill-midja lokali li jista’ jkun li l-aggressur huwa student fil-kulleġġ li wkoll għandu binjiet fl-istabbiliment. Dan kien it-tieni attakk li ħalla l-vittmi fil-pajjiż fl-aħħar 12-il sena.

Ritratt: Sky News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend