Imut iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir Martin Micallef – One News

Notifiki

Imut iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir Martin Micallef

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir Martin Micallef. 

Micallef, li kellu 61 sena, kien ilu jokkupa din il-kariga għal ftit aktar minn sentjen u kellu esperjenza wiesgħa fix-xandir ta’ madwar 40 sena.

Huwa saħansitra kien fil-bord editorjali u f’produzzjonijiet tal-istazzjon Mediterraneo li kien qed jaħdem f’kollaborazzjoni mar-RAI u France 3.

Huwa kien l-ewwel kordinatur Malti fl-Assoċjazzjoni Ewropea u Reġjonali għat-televiżjoni.

Martin Micallef serva wkoll fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u l-Italja.

Intant fi Tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab ixxukjat b’din l-aħbar. Tenna li s-Sur Micallef kien jagħmel xogħlu b’mod eċċezzjonali.

Fi stqarrija l-Partit Laburista wkoll sellem il-memorja tas-Sur Martin Micallef.

Il-Partit Laburista tenna li Micallef hu magħruf bħala bniedem kolt u espert fil-qasam tax-xandir Martin Micallef ta kontribut siewi lis-settur tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna għal ħafna snin.

Fl-aħħar snin mexxa wkoll b’mod tajjeb ħafna fl-Awtorità tax-Xandir. It-telfa tiegħu hija telfa għax-xandir lokali kollu kemm hu. Il-Partit Laburista jibgħat il-kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend