Talbiet differenti minn min ma jafx fejn qed – One News

Talbiet differenti minn min ma jafx fejn qed

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista spiċċa qed jitlob xi ħaġa differenti kuljum dwar l-istess ħaġa. 

Dan riżultat ta’ kemm ma jafx xi jrid u kemm il-fazzjonijiet differenti fl-istess partit jaħdmu b’mod separat minn xulxin.

Dwar l-allegazzjonijiet ta’ stazzjon Franċiż dwar l-IIP, il-Partit Nazzjonalista l-ewwel qal li ried sospensjoni tad-ditta li ssemmiet. Xi ħaġa li l-Gvern kien diġà għamel, kompliet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Meta ntebaħ b’dan imbagħad talab għas-sospensjoni tal-programm kollu u ftit wara ried lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jinvestiga.

Peró għadda l-weekend u issa qed jitlob xi ħaġa oħra għax il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ddeċiediet li trid inkjesta maġisterjali.

Ikun aħjar jekk Adrian Delia jibda jmexxi l-partit u jkollu ftit konsistenza f’dak li jgħid li jrid. Hekk biss jista’ jibda jittieħed bis-serjetà, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend