Jingħata bidu għall-ġimgħa ddedikata għall-investituri – One News

Notifiki

Jingħata bidu għall-ġimgħa ddedikata għall-investituri

L-andament ekonomiku pożittiv li qiegħed igawdi minnu pajjiżna wassal ukoll għal attività qawwija fil-Borża ta’ Malta hekk kif is-sena 2019 mistennija tkun waħda ta’ rekords u suċċessi. 

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Borża ta’ Malta l-ekonomista Joseph Portelli. Huwa spjega kif matul l-2019 irreġistraw mal-Borża ta’ Malta, ċifra rekord ta’ 25 kumpanija.

Dan flimkien ma’ żieda ta’ bejn 23% u 25% fl-għadd ta’ transazzjonijiet f’dawk li huwa bejgħ u xiri ta’ isħma.

Portelli stqarr li “Currently we have over 75,000 counts here at the Malta Stock Exchange and our trading volume is up about 23%-25%. This year is a record year for Malta Stock Exchange. We have a record year of listings. We have 25 new listings. I’m very happy with where the Malta Stock Exchange is going and I think over the years you will see a lot more initiatives.”

Is-Sur Portelli qal dan waqt konferenza li matulha ngħatat il-bidu għall-ġimgħa ddedikata għall-investituri.

Avveniment dinji li l-qofol tiegħu huwa li joħloq kuxjenza fuq l-importanza tal-edukazzjoni finanzjarja u li fit-tielet edizzjoni tiegħu qed jara s-sehem ta’ 23 borża minn madwar id-dinja, inkluż għall-ewwel darba f’Malta.

Is-Sur Portelli qal li borża tieħu b’serjetà kbira l-edukazzjoni tal-investituri. Qal li fl-aħħar snin twaqqaf l-Istitut tal-Borża ta’ Malta li mindu twaqqaf diġà ħareġ elfejn ruħ. Żied l-Borża temmen li huwa importanti ħafna li n-nies tieħu interess fl-edukazzjoni finanzjarja.

Qal li matul din il-ġimgħa, il-Borża ta’ Malta ser tiftaħ il-bibien tagħha biex jitgħarrfu aktar dwar dan is-settur.

Portelli tenna “They can come in for an hour, an hour and a half. They can talk to our head of the Malta Stock Exchange Institute. We can create courses for them, we can create a financial literacy programme for them and we can talk to them about what the Malta Stock Exchange does to encouraging financial education and financial literacy.”

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saħaq dwar l-importanza tal-edukazzjoni finanzjajra.

“Naħseb huwa importanti minn ċkunitna nibdew nitgħallmu ftit u navvanzaw biex ma jkollnix dawk il-każi ta’ wieħed daħak bl-ieħor jew inkella fejn intilfu flejjes kbar għal nuqqas ta’ ħsieb jew inkella xi nuqqas ta’ backround fit-tgħalim. It-tgħalim huwa importanti u l-istituzzjonijiet bħal-MFSA, ic-Central Bank u l-lta Stock Exchange qed jagħmlu l-almu tagħhom kollha biex jaraw li fil-pajjiż ikollna dan il-programm ta’ tagħlim finanzjarju”, qal il-Ministru Scicluna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend