Is-Sibt li għadda ġiet organizzata kompetozzjoni tal-‘Weightlifting’ bl-isem #BEACTIVE – One News

Notifiki

Is-Sibt li għadda ġiet organizzata kompetozzjoni tal-‘Weightlifting’ bl-isem #BEACTIVE

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting għandha kemm organizzat kompetizzjoni #BEACTIVE li saret is-Sibt li għadda filgħaxija fil-kumpless Sportiv Kirkiop. L-attività kienet immirata biex turi l-isport u tagħti lill-ispettaturi togħma ta ‘kif inhi kompetizzjoni ta’ Weightlifting. Din id-darba, ġew formati 4 timijiet magħmulin f’taħlita minn 7 atleti nisa u irġiel ta eta differenti. It-tim  Thunderstorm kiseb l-ewwel post grazzi għall-irfigħ qawwi li sar mill-membri tat-tim, Tenishia Thornton, Kyle Micallef, Rylee Borg, Matthew Abela, Nathan Mifsud u Craig Pace. 

Tenishia Thornton ta 14-il sena (-49kilo) irnexxiela terfa 54kilo snatch u 62 kilo clean & jerk, hija provat attent ferm itqal dak ta 66kilo li kien suċċess ukoll. Hija irnexxiela tikser numru ta’ rekords nazzjonali f’din il-laqgħa. Is-sitt tentattivi kollha kienu rekords nazzjonali fil-kategorija U-15 49kilo, kategorija U-17 49 kilo. Hija wkoll kisret ir-rekord nazzjonali tas-snatch fil-kategorija U-20 ta’ 49 kilo, u wkoll 2 tentattivi ta’ snatch u 2 riżultati totali kienu rekords nazzjonali fil-grupp ta’ età U-23.

Kyle Micallef ukoll kellu wirja kbira. Li jiżen biss 81.3 kilo li huwa inqas mill-94 / 85kilo kategoriji li kien jikkompeti is-snin li għadda, huwa spiċċa bi 111 kilo fis-snatch u 137 kilo fil-clean and jerk. Fit-tieni post, it-tim ta Lion Jaw, kellu riżultat tajjeb ħafna, Julia Grima ta ’ 9 snin, li kienet tifforma parti mit-tim u kisret rekords nazzjonali tagħha stess meta temmet bi 18 kilo fis-snatch u 22 kilo fil-Clean & Jerk. kompetizzjoni. Atleti oħra minn Lion Jaw, kienu jinkludu Rodmar Pulis u Kieran Mifsud, Kayden Pace, Silvio Mallia. Andy Grech u Keith Azzopardi.

 Fit-tielet post, it-tim Viper Venom, kellu riżultati sbieħ mill-atleta żagħżugħ ta 16-il sena Tristan Zammit li spiċċa b’100kilo fis-snatch u 12 0kilo fil-clean and jerk li kisbu rekord nazzjonali fil-proċess. Vlad Baldacchino irnexxielu wkoll jirreġistra rekord nazzjonali fil-kategorija ta’ 102 kilo bl-snatch 129 kilo. B’dan il piż enormi flimkien ma’ 145 kilo fil-clean and jerk tawh total solidu ta’ 274 kilo. Atleti oħra li jagħmlu parti minn dan it-tim kienu Kim Camilleri Lagana, Ryan Degiorgio, Owen Camilleri, Lugher Debattista u Samuel Darmanin.

 L-atleta Brian Muscat, li hu fit-tim nazzjonali li mistenni jikkompeti tmiem il-ġimgħa d-dieħla fil-Mediterran Cup f’San Marino, kien parti mit-tim imsejjaħ Hurricanespin. Huwa rnexxielu jerfa 105 kilo snatch u 137 kilo clean & jerk. Membri oħra tat-tim li jagħmlu parti minn Hurricanespin kienu Martin Pisani, Shaun Ciantar, Kayleigh Mangion, Aliyah Gatt, Lyla Tabone u Luke Treeby Ward.

Il-kompetizzjoni rat ammont kbir ta ‘ parteċipanti u appoġġ b’mod ġenerali. L-MWA huma dejjem grati għas-sapport kbir li ngħata minn SportMalta u wkoll mill-MOC biex ikomplu jinvestu l-isport u jarawh jikber matul is-snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend