F’Novembru ‘Red Electrick’ se iniedu album ġdid bl-isema ta’ ‘Tragic Optimistic’ – One News

Notifiki

F’Novembru ‘Red Electrick’ se iniedu album ġdid bl-isema ta’ ‘Tragic Optimistic’

Red Electrick għadhom kif ħabbru li f’Novembru ser iniedu r-raba’ album tagħhom. 

‘Tragic Optimistic’ ser jinkludi fih it-tliet siltiet ricenti ‘Right Here’, G.O.R.G.E.O.U.S’ u ‘New Day’ flimkien ma’ 10 siltiet oħra ġodda li bla dubju ser jagħtu gost lil-ammiraturi tagħhom. L-Album ser jiġi mniedi waqt il-kunċert annwali li ser jittella’ fid-9 ta’ Novembru. Jekk il-kunċerti ta’ qabel huma prova ta’ suċċess. dan il-kunċert mhu ser ikun xejn inqas u ser ikun kunċert li ma tridx titlef hekk kif qed jippreparaw għal kunċert li ser jintuża għall-ewwel darba b’palk li jdur 360 grad, bl-udjenza preżenti mdawrin magħhom.

Wieħed m’għandux jitlef iċ-ċans li taraw wieħed mill-aqwa gruppi ġewwa Malta f’dan il-kunċert li qed jistennew li jinbiegħu l-biljetti kollha tiegħu f’qasir żmien hekk kif 37% mill-biljetti diġà nbiegħu wara biss 24 siegħa.

Għal iktar informazzjoni dwar biljetti, wieħed jista’ jżur l-paġni uffiċjali ta’ Facebook u Instagram ta’ Red Electrick.

www.facebook.com/RedElectrick

www.instagram.com/RedElectrick

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend