Id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħa jibda proġett pilota f’zewġ kulleġġi tas-sekondarja, sabiex l-istudenti tas-sekondajra jingħataw għodda teknoloġika b’xejn li jużaw fit-tagħlim tagħhom.
Id-Direttur tal-Litteriżmu Diġitali Grazio Grixti qal li wara l-effett pożittiv li qiegħda tħalli l-inizjattiva tat-tablet b’xejn lit-tfal fl-iskejjel primarji, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħass li din l-inizjattiva għandha tiġi estiza għall-iskejjel sekondarji kollha kemm tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti.
Il-proġett pilota se jibda fl-Iskola medja tar-Rabat Għawdex u fil-kulleġġ Marija Reġina Zokkrija Mosta u se jiddetermina jekk l-istudenti tas-sekondarja għandhomx jingħataw tablet jew laptop.
L-għan huwa li kull student ikollu laptop jew tablet. Mhux qegħdin ngħidu li minn sena oħra se jkollhom, il-ħsieb imma huwa li nibdew mill-form 1 u studneti jiqbgħu telgħin bih.
Grazio Grixti spjega kif f’din is-sena skolastika, b’investiment ta’ miljun u tmien mitt elf ewro se jitqassmu aktar minn erbat elef u disa mitt tablet lill-istudenti tar-raba’ sena fl-iskejjel primarji kollha.
Din l-inizjattiva bdiet fl-elfejn u sittax u sa din is-sena tqassmu aktar minn ħmistax-il elf u seba’ mitt tablet, b’investiment ta’ erbatax-il miljun ewro.
L-għoti tat-tablet lit-tfal qiegħed iħalli effett pożittiv fuq l-izvilupp edukattiv tagħhom għax minn riċerka li saret, l-istudenti tal-primarja żiedu l-interess tagħhom u tejbu l-ħiliet tal-qari minħabba li jistgħu jaqraw kotba minn fuq it-tablet.
Id-direttur tal-Litteriżmu Diġitali spjega kif t-teknoloġija għandha parti importanti fit-tagħlim tal-istudenti, minħabba li toħloq aktar interess fis-sistema edukattiva.
Huwa għal dan il-għan li nħass il-bżonn li l-istudenti tas-sekondarja jingħataw ukoll għodda teknoloġika, biex l-esperjenza edukattiva tagħhom tkun aktar interessanti u ma jitilqux kmieni mill-iskola.