Tintemm l-Ġimgħa Ewropea tal-iSports ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop bil-Be Active Night – One News

Notifiki

Tintemm l-Ġimgħa Ewropea tal-iSports ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop bil-Be Active Night

Ġimgħa iħa ta’ attivitajiet imxerrda ma’ Malta kollha, kif ukoll mat-28 Pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropeja, ser jiġu fi tmiemhom nhar is-Sibt li ġej, bl-hekk imsejjaħ #BeActive Night, attivita’ li tiġi 
organiżżata fl-istess żmien fl-Ewropa kollha bejn il-ħin tas-19:00 u nofs il-lejl. 
L-avveniment li se jittella’ hawn Malta, se jsir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u l-iskola ta’ biswitu. SportMalta, l-entita’ nazzjonali li hija nkarigata minn dan l-avveniment, ħejjiet pjan ta’ sport u attivita’ fisika varju mmens, għall-publiku ġenerali biex jiehu sehem u jħoss il-bżonn li jagħmel eżercizzju fisiku. Din hija l-missjoni ewlenija ta’ SportMalta. 

Sport bħal teqball, pickleball, table tennis, mini-snooker, badminton, cycling, motor sport, foot-volley, u sezzjonijiet ta’ fitness, se jsiru fuq bażi ta’ ‘tasal u tipparteċipa’. Sport ieħor bħal mini 
football u mini waterpolo se jsiru fuq bażi ta’ kampjonat ta’ ħbiberija li fiħ il-ħbieb u l-familjari tal-plejers zgħar huma mistiedna jieħdu sehem. Din l-attivita’ tintemm f’nofs il-lejl meta l-isport kollu jingħaqad flimkien għal siegħa ta’ divertiment biex is-serata tintemm bil-kbir. 
Se jitqassmu xi  freebies ta’ tifkira lil kull min jipparteċipa biex tkun promossa l-kampanja tal-eżercizzju fisiku kull fejn 
ikun possibli. 
Għal dawn l-aħħar ħames snin, il-Gimgħa Ewropeja ta’ l-iSport għenet ħafna biex teqred in-nuqqas ta’ attivita’ madwar l-Ewropa kollha. Hekk kif jixhed il-Eurobarometer, f’Malta tiġa’ sar avvanz kbir il-quddiem f’dawn l-aħħar ħames snin, u jidher li l-attivita’ fisika qeghda tiżdied fost il-Maltin. 
Din is-sena, il-Ġimgħa bdiet b’avveniment kbir ġewwa ż-Żejtun. Nhat it-Tlieta sar ukoll avveniment kbir ieħor organiżżat mill-Malta Employee Sport Association, serata kbira ta’ żfin nhar il Ħamis ġewwa l-pjażża ewlenija tar-Raħal Gdid, u Sports Day għall-iskejjel kollha l-Ġimgħa. Illum qiegħed jiġu organiżżati kampjonat tas-snooker kif ukoll kampjonat ta’ l-isparar ġewwa l-kumplessi ta’ SportMalta ġewwa l-iskola Marija Assunta u Ta’ Kandja. 
Dan is-suċċess sportiv jaġħlaq ġimgħa eċċellenti għal SportMalta bil-Kummissjoni Ewropeja tinnomina din l-entita’ nazzjonali bħala finalist fil-BeActive Workplace Award, li l-finali tagħha se ssir fit-18 ta’ Ottubru ġewwa Budapest. 
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend