Sezzjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman – One News

Notifiki

Sezzjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman

Fl-Università antika fil-Belt ittellgħet sessjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman għall-membri tal-Girl Guides, bħala parti mill-inizjattivi tal-kampanja ‘Uman bħalek’.

It-taħriġ iffoka fuq forom differenti ta’ traffikar uman u fuq is-sinjali li juru persuni li jkunu sfaw vittmi ta’ dan ir-reat.

Iċ-Chief Commissioner tal-Malta Girl Guides, Claire Duff iddeskriviet il-kontenut tal-programm bħala għodda utli, li biha wieħed jagħraf sitwazzjonijiet perikolużi.

Meta ndirizzat lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet fuq l-importanza tal-għarfien fil-ġlieda kontra t-traffikar uman.

It-taħriġ ingħata minn Lara Dimitrijevic, avukat li taħdem fil-qrib ma’ vittmi tat-traffikar uman u direttur tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa.

Fi tmiem l-attivita’, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli ppreżentat ċertifikat lil dawk li attendew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend