Sewwieq ta’ mutur minn Ħ’Attard jinsab l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kellu mpatt ma karozza fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.
L-inċident seħħ bejn mutur ta’ tip Hyosung Exiv misjuq mir-raġel ta’ 29 u karozza ta’ tip Audi TT Sports TDI misjuqha minn raġel ta’ 38 sena mill-Marsa.
Fuq il-post immedjatament issjeħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.