“Missieri ta’ 76 sena għandu diffikultajiet biex jimxi, u wara li mar jagħmel ix-xirja b’bastkijiet tqal sab anġlu, il-Pulizija tal-komunità fil-Mellieħa.”
Kitbet dan persuna fuq il-paġna tal-Facebook, fejn qasmet man-nies esperjenza ħelwa li għix missierha f’dan l-aħħar jiem.
Irringrazzjat lill-pulizija PC784, li waqt li kien fuq ronda bil-mixi madwar il-lokalità tal-Mellieħa immedjatament mar jgħin lil dan ix-xwejjaħ.
Hija faħħret bis-sħiħ ukoll il-Community Policing, proġett pilota li ġie introdott f’dawn l-aħħar xhur fil-Mellieħa.